
Is-Sena Internazzjonali tal-Infermiera u l-Qwiebel 2020 Tnedija tal-kanzunetta Lilna Issib – 17 ta’ Novembru, 2020.
L-infermiera u l-qwiebel għandhom ir-rwol vitali fil-provvediment tas-servizzi tas-saħħa. Dawn huma nies li jiddedikaw ħajjithom jieħdu ħsieb ommijiet u tfal: jagħtu tilqim li jsalva l-ħajjiet, u pariri dwar is-saħħa; jieħdu ħsieb l-anzjani, u b’mod ġenerali jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet essenzjali tas-saħħa li jinqalgħu kuljum. Ta’ spiss huma l-ewwel punt ta’ referenza għall-kura fil-kommunitajiet tagħhom.
Iżda biex tkopri l-ħtiġiijiet universali tas-saħħa sas-sena 2030 d-dinja għandha bżonn ta’ żieda ta’ 9 miljun infermiera u qwiebel.
Kien għalhekk li l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa għażlet is-sena 2020 bħala is-Sena Internazzjonali tal-Infermiera u l-Qwiebel.
Kooindċidentalment tul din is-sena faqqet il-pandemija tal-COVID-19 u dan kompla ta valur għal din l-għażla xierqa, għax fir-realtà l-qwiebel u l-infermiera (partikolarment il-frontliners), flimkien ma’ ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa qed ikunu nies kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Qed ikunu wkoll ta’ spalla f’waqtha, jindukraw u jikkuraw lil dawk milquta mill-coronavirus, dan ċertament bi stress u riskju addizzjonali għal dak li normalment jaffaċċjaw fi żminijiet iktar siguri.
l-Istorja tal-kanzunetta Lilna Issib
Fil-bidu tal-pandemija f’pajjiżna rajna ħafna ġesti pubbliċi biex il-poplu jagħmel kuraġġ u fl-istess ħin juri apprezzament lill-frontliners kollha. Kien żmien ta’ inċertezza, iżda fl-istess ħin kien żmien sabiħ fejn il-poplu kien ferm solidali ma’ xulxin. Flimkien konna qed naffaċċjaw il-pandemija pass pass u b’kuraġġ. Fl-istess perjodu kienu qed joqorbu l-Jum Internazzjonali tal-Qwiebel u l-Jum Internazzjonali tal-Infermiera (fil-5 ta’ Mejju u t-12 ta’ Mejju rispettivament) għaldaqstant kien jixraq li f’din is-sena unika “ Is-Sena Internazzjonli tal-Infermiera u l-Qwiebel” issir kanzunetta biex permezz tagħha jkun hawn għarfien tax-xogħol ta’ dawn il-professjonijiet. Iżda mhux biss, il-kanzunetta ikollha għan u skop li tintuża għall-promozzjoni mid-Direttorat tal-Infermiera u Qwiebel biex iktar żgħażagħ jagħżlu dawn il-karrieri u s-Servizz tas-Saħħa f’Malta jkun fornut u sostnut sew b’dawn il-professjonisti fis-snin li ġejjin.
Tony Micallef (Practice Nurse) mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħa l-inizjattiva biex jinbeda proċess u ssir kanzunetta f’ġieħ l-infermiera u l-qwiebel.
Lilna Issib
Lirika: Emil Calleja Bayliss
Mużika u editing: Philip Vella
Kantanti:
Michela Galea
Maria Spiteri
Lara Azzopardi
Eleanor Spiteri
Matthew Vassallo
Francesca Borg
Inizjattiva: Tony Micallef
Link għall-kanzunetta fuq You Tube: