OIP.jpeg

L-MUMN tifrah lill-Onor. Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Sahha.

Il-Kunsill ta' l-MUMN jixtieq jifrah lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Sahha l-Onor. Chris Fearne ghall-hatra tieghu ta' President ta' l-Assemblea Dinjija tas-Sahha organizzata mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.

Din il-hatra waslet il-bierah il-Hadd 21 ta' Mejju 2023. Din il-hatra hija wahda ta' importanza sostanzjali kemm ghal Onor. Fearne kif ukoll ghall-pajjizna fejn ghall-ewwel darba ser ikun hemm Malti li jmexxi din l-Assemblea b'sensiela ta' laqghat li ser jippartecipaw ghalihom mexxejja fil-qasam tas-sahha minn 194 pajjiz stat membru ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.

L-MUMN tawgura kull success lill-Onor. Fearne f'din il-hatra hekk importanti u fil-hidma fejjieda tieghu b'risq is-sahha dinjija.

Kunsill MUMN