court-valletta.jpg

L-MUMN tikkundana l-mod kif il-Gvern Malti qed johnoq lill-certu unions.

Il-Kunsill tal-Malta Union of Midwives & Nurses jikkundanna lill-Gvern Malti ghall-hrug ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni fli-Qorti sabiex iwaqqaf Direttivi Industrijali legittimi u legali li qed isiru fl-Isptar Mater Dei dwar tilwima industrijali fuq il-Ftehim Settorali tal-Phlebotomists, Decontamination Sterile Technicians u Dental Surgery Assistants.

 

L-MUMN ilha disa’ xhur shah tiehu pacenzja bil-Gvern billi tattendi ghall-laqghat ta’ dawn il-Ftehim Settorali bil-ghan li jintlahaq ftehim u ma jkunx hemm ghalfejn tigi rregistrata l-ebda tilwima. Wara li l-bieb tan-negozjar inghalaq mill-Ufficju tal-Prim Ministru, l-MUMN xorta ppruvat tevita tilwima industrijali u attendiet ghal numru ta’ laqghat fil-Ministeru tas-Sahha pero’ l-Gvern baqa’ ghal xhur shah ma jiccaqlaqx mill-pozizzjoni tieghu.

 

L-ghan ewlieni ta’ l-MUMN f’dawn in-negozjati kien li dawn is-setturi jigu rregolarizzati kif suppost peress li kellek numru ta’ carers tal-kuntrattur li kienu qed jigu mqabbda jippreparaw l-instrumenti ta’ l-operazzjonijiet minghajr ma’ dawn ma kellhom l-ebda tahrig. Barra minn hekk l-MUMN insistiet li jidhol fis-sehh il-Continuous Professional Development sabiex ikun hemm aktar tahrig u zvilupp li jgawdu minnu l-pazjenti rrikoverati fl-Isptar Mater Dei. Din il-Union iddefendiet certu hidma li dawn l-impjegati ma kienux ordnati li jghamlu peress li hemm scientific officer apposta li huwa obbligat jghamel dan ix-xoghol. L-MUMN pproponiet kundizzjonijiet ta’ xoghol ahjar u titjieb fis-salajri ghal hames snin li gejjien igifieri sas-sena 2025.

 

Barra minn hekk l-MUMN hadet hsieb li waqt din it-tilwima industrijali l-kazijiet ta’ emergenza ma jigux affetwati u hadet hsieb ukoll li certu operazzjonijiet specjali jigu wkoll ezkluzi mid-Direttivi.

 

Sa l-bierah stress l-MUMN offriet lill-Gvern biex terga ssir laqgha ohra l-gimgha d-diehla izda minflokk il-Gvern Malti mar- jigri il-Qorti u ghamel sarima ma’ halq l-MUMN ghaliex gie dahru mall-hajt. Dan huwa r-rigal tal-Gvern lill-MUMN f’lejliet il-25 sena anniversarju tal-union. Dan huwa r-rikkonoxximent li l-Gvern jitkellem hafna dwaru pero’ bil-fatti jghamel mod iehor.

 

 

Colin Galea

Segretarju Generali

MUMN